Dwarna

Dwar

Dwar double pic

Mill-11 ta’ Ottubru

1976

Il-Vjaġġ tagħna

Il-Housing Authority ġiet stabbilita fil-11 ta' Ottubru 1976, permezz ta' Att fil-Parlament, intitolat Att XV tal-1976, magħruf aħjar bħala l-Att dwar il-Housing Authority. Il-Housing Authority taqa' taħt il-Ministeru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli.

Chairman

Is-Sur Robert Ducker

Chairman

Robert Ducker ħa l-edukazzjoni tiegħu fil-Kulleġġ San Ġużepp Rabat u l-Kulleġġ San Alwiġi. Fl-1998 kiseb Associateship Institute Chartered tal-Bankiera u Grad  b'unuri ta' Baċellerat fix-Xjenza  fis-Servizzi Finanzjarji mill-Università ta' Manchester, Istitut tax-Xjenzi u t-Teknoloġija.

Il-karriera tiegħu kienet prinċipalment fi ħdan l-industrija tas-Servizzi Finanzjarji. Huwa ħadem fil-Bank of Valletta għal 35 sena u matul dan il-perjodu ġie assenjat diversi dmirijiet fil-livell eżekuttiv fil-Bank. Huwa ħadem bħala maniġer f'Fergħa tal-istess Bank għal tliet snin u mbagħad kompla l-Uffiċċju Prinċipali fejn kien inkarigat li jmexxi numru ta' unitajiet bħal: Savings & Wealth Management, Akkwist & Amministrazzjoni u Bancassurance.

Għal dawn l-aħħar erba' snin serva bħala l-Viċi Ċerman tal-Awtorità tad-Djar u bħala l-Ċerman tal-Kumitat tar-Reviżjoni. Bħalissa huwa s-Segretarju tat-Tribunal għas-Servizzi Finanzjarji.

Kap Eżekuttiv

Is-Sur Leonid McKay

CEO @1600

Maħtur bħala Uffiċjal Kap Eżekuttiv tal-Awtorità tad-Djar f'Settembru 2018, is-Sur Leonid McKay għandu 12-il sena esperjenza fis-settur soċjali. Huwa ħadem mal-Caritas Malta mill-2006 u okkupa l-pożizzjoni ta' Direttur ta' Caritas Malta bejn l-2014 u l-2018. Matul l-istess mandat huwa kellu wkoll ir-rwol ta' Ċermen tal-Fondazzjoni għar-Riabilitazzjoni ta' Dawk li Jabbużaw mid-Droga.

Is-Sur McKay wettaq ukoll riċerka soċjali estensiva fuq diversi oqsma tal-politika soċjali li jvarjaw mill-baġit minimu meħtieġ biex familji bi dħul baxx ikunu jistgħu jiksbu standard ta' għajxien aċċettabbli u deċenti (Baġit Essenzjali Minimu għal Ħajja Deċenti 2016, 2012) sal-adegwatezza tal-benefiċċji tal-welfare mhux kontributorji (Skemi ta' Dħul Minimu, 2014).

Huwa rriċerka wkoll dwar l-isfruttament tas-suq tax-xogħol tal-migranti f'Malta (Riċerka Soċjali fuq il-Post tax-Xogħol 2014); Integrazzjoni ta' Nies b'Protezzjoni Internazzjonali (2013) u Mapping Ġeografiku ta' dawk li huma imċahda mill-bżonnijiet u studju soċjali tal-kundizzjonijjiet tal-akkwati foqra li qeghdin jgħixu fihom f'Malta (Master of Arts in Social Policy Disseration, 2012).

Is-Sur McKay għandu grad ta' Masters fil-Politika Soċjali u Baċellerat fl-Arti (Honours) fis-Soċjoloġija mill-Università ta' Malta. Bejn l-2012 u l-2014, is-Sur McKay kien lettur fil-Kulleġġ Malti tax-Xjenza u t-Teknoloġija tal-Arti u għallem fl-Istitut tas-Servizzi Komunitarji.

Bl-esperjenza u l-kompetenza tiegħu, is-Sur McKay se jmexxi lill-Awtorità biex tħeġġeġ linji gwida u strateġiji ġodda biex jiżviluppaw u jimplimentaw skemi u inizjattivi relatati mal-akkomodazzjoni soċjali filwaqt li jifhmu l-isfidi ta' dawk ġenwinament fil-bżonn, sabiex tiġi żgurata Awtorità rilevanti bi rwol imsaħħaħ fis-soċjetà.  

Iltaqa' mal- 

Membri tal-Bord

Il-Missjoni tal-Awtorità tad-Djar

Li nipprovdu u nsostnu opportunitajiet deċenti ta' akkomodazzjoni soċjali u affordabbli li jippromwovu l-istabbiltà u jappoġġjaw il-mobilità soċjali.

Il-Housing Authority ġiet stabbilita fil-11 ta' Ottubru 1976, permezz ta' Att fil-Parlament, intitolat Att XV tal-1976, magħruf aħjar bħala l-Att dwar il-Housing Authority. Il-Housing Authority taqa' taħt il-Ministeru għall-Akkomodazzjoni Soċjali. Minn mindu ġiet stabbilita, ilha tikkontribwixxi għat-tisħiħ tas-soċjetajiet Maltin.

Qabel l-1991, il-bini u l-uffiċċji tal-Awtorità tad-Djar kienu jinsabu fil-Belt Valletta, fil-Berġa ta' Baviera fi Triq San Sebastjan, fejn bħalissa jinsabu l-uffiċċji tad-Dipartiment tal-Artijiet. Il-bini tal-Awtorità tad-Djar mar fi Triq Pietro Floriani, il-Furjana, fejn għadna noffru s-servizzi tagħna sal-lum.

Matul l-2007, id-Dipartiment tal-Akkomodazzjoni Soċjali u l-Kostruzzjoni u l-Manutenzjoni tad-Djar amalgama mal-Awtorità tad-Djar. L-amalgamazzjoni ġabet magħha sfidi ġodda għall-Awtorità tad-Djar. Sabiex tiġi sostnuta l-proċedura u jkun akkomodat l-istaff tad-dipartimenti, l-Awtorità tad-Djar estendiet il-bini eżistenti fil-Furjana. Illum dawn id-dipartimenti huma integrati bis-sħiħ mal-funzjonijiet tal-Awtorità tad-Djar peress li qed tkompli tipprovdi servizzi lil dawk li qed ifittxu akkomodazzjoni, appoġġ u assistenza.

L-Awtorità tad-Djar ilha tiżviluppa, tippromwovi u tiffinanzja l-iżvilupp ta' oqsma tad-djar u akkomodazzjoni residenzjali u kummerċjali oħra, fi sforzi biex tippromwovi li n-nies issir sidien ta' darhom kif ukoll ittejjeb il-kundizzjonijiet tad-djar f'Malta. L-Awtorità beħsiebha tersaq lejn il-pubbliku b'mod olistiku permezz tal-għoti ta' diversi skemi u inizjattivi mmirati lejn dawk li l-aktar għandhom bżonn l-assistenza tagħha. Hija impenjat ruħha li ttejjeb il-kwalità tal-ħajja, filwaqt li ssegwi futur aħjar għall-komunitajiet Maltin.