Servizzi

Servizzi

Akkomodazzjoni Soċjali

Individwi li bil-mezzi finanzjarji tagħhom ma jaslux biex jidħlu fis-suq tal-proprjetà, jistgħu jagħmlu talba biex jiġu akkomodati fi proprjetà allokata mill-Awtorità tad-Djar.  Din l-assistenza tingħata lil individwi bi dħul inqas minn €10,000 (persuna waħedha) / €12,000 + 700 / tifel /tifla (koppji / ġenituri waħedhom) u assi li jiswew inqas minn €28,000.

Akkomodazzjoni Aċċessibbli

L-Awtorità tad-Djar għandha diversi skemi biex tiżgura li s-suq tad-djar ikun aċċessibbli għall-individwi kollha irrispettivament mill-mezzi finanzjarji tagħhom.  L-Iskema tal-Benefiċċji tad-Djar hija mmirata lejn dawk li jikru r-residenza tagħhom filwaqt li l-Equity Sharing, 10% depożitu u sussidju fuq skemi ta' self jgħinu lill-individwi jixtru r-residenza tagħhom.  Skemi oħra jipprovdu assistenza finanzjarja għar-riabilitazzjoni jew tkomplija ta' residenzi.

Kirjiet Protetti ta' qabel l-1995

Ftehim ta' kiri li bdew qabel l-1 ta' Ġunju 1995 huma rregolati mill-Kap 59 u 158 tal-Kodiċi tal-Liġi.· L-inkwilini ma jistgħux jitkeċċew u l-kera ma tistax tiżdied sakemm ma jkunx stipulat fil-leġiżlazzjoni.· L-Awtorità tad-Djar tipprovdi assistenza finanzjarja biex tgħin lill-inkwilini jħallsu l-kirjiet riveduti kif stipulat fil-leġiżlazzjoni.

Unit tal-Kirjiet Residenzjali Privati

Kuntratti ta' kiri ffirmati wara l-1ta ' Ġunju 1995 iridu jiġu rreġistrati mal-Awtorità tad-Djar kif stipulat fil-Kap 604 tal-Kodiċi tal-Liġijiet.· Il-proċess ta' reġistrazzjoni online jiżgura t-trasparenza u jipprovdi stabbiltà kemm lis-sidien kif ukoll lill-inkwilini.· Diżgwid u tilwim jista' jitressaq lill-bord tal-arbitraġġ fi ħdan l-Awtorità tad-Djar.

Tiswijiet u Titjib

L-Awtorità tad-Djar għandha diversi skemi u inizjattivi biex tgħin lis-sidien u lill-inkwilini biex isewwu jew jadattaw id-djar tagħhom biex tagħmilhom abitabbli u adattati għall-bżonnijiet tagħhom.