Min aħna?
Proġetti
Il-Fond għall-Iżvilupp tad-Djar jemmen li d-djar huma ċentrali għall-benesseri tal-komunitajiet tagħna, kif ukoll għat-titjib tal-ħajja ta' kull individwu.
L-għan tal-Awtorità huwa li tiżgura li l-bżonnijiet marbuta mal-akkomodazzjoni soċjalijin tlaħqu flimkien ma' servizzi u faċilitajiet li jaqdu l-bżonnijiet tal-komunità, kif ukoll tal-individwi nfushom.
Il-Fond huwa presedut mis-Sinjura Charmaine Mangion, flimkien ma' esperti minn diversi oqsma. Il-Bord tal-Amministraturi jservi bħala korp konsultattiv għall-Awtorità tad-Djar fil-kwistjonijiet kollha relatati ma' proġetti komunitarji f'siti ta' akkomodazzjoni soċjali, kif ukoll bħala kollegament bejn l-Awtorità u partijiet terzi interessati li jikkollaboraw mal-imsemmija Awtorità.
Permezz ta' dan il-proġett, il-Fond għall-Iżvilupp tad-Djar, f'kollaborazzjoni mal-Fakultà għall-Benesseri Soċjali, se jiffoka fuq il-ħtieġa għal pjan ta' appoġġ maħdum apposta għall-applikanti għall-akkomodazzjoni alternattiv, bil-għan li jiġu identifikati, u indirizzati, il-kwistjonijiet li jillimitaw il-kapaċità tal-applikant li jilħaq il-potenzjal sħiħ tiegħu.
Il-Pass li Jmiss fl-Ipprofiljar tad-Djar se, għall-ewwel darba f'Malta, jipprofila d-diversi narrattivi tal-applikanti, u jidentifika s-servizzi soċjali meħtieġa biex itejjeb il-kwalità tal-ħajja u l-livell tal-għajxien tal-applikanti.
L-għan imur lil hinn mill-provvediment ta' akkomodazzjoni: l-għan huwa li l-individwi jiġu mgħammra bil-ħiliet meħtieġa biex itejbu ħajjithom.
Kumitat Konsultattiv
Charmaine Mangion

Iggradwat fil-psikoloġija u l-iżvilupp tat-tfal, it-tmexxija u l-ġestjoni. Fl-2014, hija stabbilixxiet in-negozju tagħha stess, li jispeċjalizza fis-servizzi tal-kura tat-tfal. Bis-saħħa t'hekk, kompliet tikseb aktar esperjenza u ħiliet f'dan il-qasam tal-ġestjoni u l-istrateġija tan-negozju, fejn bdiet tidentifika wkoll opportunitajiet ġodda ta' negozju u tkabbir. Hekk kif il-kumpanija tagħha kibret, Charmaine ddiversifikat l-interessi kummerċjali tagħha f'konsulenza tal-proprjetà u żvilupp ta' opportunitajiet. Charmaine ngħatat il-premju għan-Negozju ta' eċċellenza mill-Malta Business Women Awards fl-2018/19 u l-2019/20, kif ukoll kisbet in-National Young Business Women tas-sena 2019/20.
Sarah Lee Zammit

Taħdem u għandha esperjenza bħala produttur, artista, tagħti mentoraġġ u konsulenza fil-qasam tal-komunikazzjoni f'firxa wiesgħa ta' oqsma, u hija l-Fundatriċi u Direttur ta' NoċeMuskata. Hija ggradwat b'Masters fix-Xjenza tal-Kreattività Performattiva mill-Università ta' Malta u l-Università Adam Mickiewicz, fil-Polonja. Tul disa' snin, Sarah-Lee għamlet riċerka dwar il-proċessi performattivi permezz tal-ħidma tagħha ma' αctionβase Studio – grupp li jinvesti fl-investigazzjoni u l-potenzjal tal-kreattività. Il-grupp ippreżenta x-xogħol tiegħu f'Malta, is-Slovenja u l-Polonja u mexxa diversi workshops f'Malta u Ateni.
Antea Camilleri

Iġġib magħha esperjenza diversa fin-negozju. Bħala Senior Talent Acquisition Partner, hija taqdi marki ewlenin fid-dinja biex tibni t-timijiet maniġerjali tagħhom fl-Ewropa, Londra u Dubai fl-isfera tas-servizzi finanzjarji u setturi oħra. Antea bniet b'suċċess il-marka tagħha stess f'Malta, u daħlet f'suq diġà saturat bl-approċċ kreattiv tagħha. Bħala studenta tal-Kriminoloġija, omm u intraprenditur, Antea iġġib perspettiva ġdida lill-Bord.
Raoul Briffa

Igggradwa bħala ħaddiem żgħażugħ fl-2019 mill-Università ta' Malta, fejn bħalissa qed jistudja għal Master of Arts fl-Azzjoni u l-Iżvilupp tal-Komunità. Raoul huwa passjonat dwar il-ħidma fil-komunità, wara li fforma parti minn diversi organizzazzjonijiet, inklużi Kummisjoni Djoċesana Tfal, Kummisjoni Djoċesana Żgħażagħ, u l-eżekuttiv komunitarju tal-Union Band Club. Raoul, kiseb iċ-ċertifikati tat-Trinity College London fl-arti performattiva. Bħalissa huwa r-rappreżentant tal-istudenti tal-Fakultà għall-Benesseri Soċjali, fil-Bord tal-Fakultà. Fl-2018 u l-2021, Raoul kien nominat għall-Premju tal-Impenn Soċjali, mill-Fakultà għall-Benesseri Soċjali.
Karl Tonna

Professjonist fil-ġestjoni tal-investimenti għal aktar minn 15-il sena. Matul il-karriera tiegħu, huwa nħatar fl-irwol ta' Portfolio Manager, Direttur, konsulent f'diversi hedge funds, filwaqt li ħadem fuq għadd kbir ta' proġetti kumplessi. Karl huwa wkoll mistieden regolarment bħala kelliem u panelist f'forums u konferenzi dwar is-Swieq Emerġenti. L-esperjenza tiegħu tinbet minn sfond akkademiku, inkluż baċellerat fil-qasam tal-Banek u l-Finanzi segwit minn Livell 2 Pass fil-Programm tal-Istitut CFA.
Roberto Agius

Fiżjoterapista u head coach ma' Sport Malta, jispeċjalizza f'diversi programmi ta' attività fiżika għal gruppi ta' etajiet differenti. Huwa ggradwa b'B.Sc. (Hons) fil-Fiżjoterapija mill-Università ta' Malta, u kiseb Ċertifikat ta' Postgraduate fl-Eżerċizzju Kliniku u M.Sc. fil-Ġestjoni tas-Servizzi tas-Saħħa minn Trinity College, Dublin. Roberto jemmen li d-dar hija l-ewwel pass biex wieħed irawwem valuri u twemmin, u li l-Fond jipprovdi triq għall-komunità sigura, kreattiva u diversa permezz ta' għadd ta' proġetti sostenibbli.

Dwar il-fond
Il-Fond għall-Iżvilupp tad-Djar huwa Fond ġdid, amministrat mill-Awtorità tad-Djar. Il-Fond jamministra fondi minn entitajiet pubbliċi u privati, jinvestihom f'inizjattivi u programmi innovattivi u ħolistiċi biex isaħħu x-xibka ta' sigurtà pprovduta mill-akkomodazzjoni soċjali f'Malta.
Il-Fond għall-Iżvilupp tad-Djar għandu l-għan li jinvesti mill-ġdid il-fondi miksuba fit-tfassil ta' proġetti komunitarji madwar is-siti ġodda ta' akkomodazzjoni soċjali stabbiliti mill-Ministeru għall-Akkomodazzjoni Soċjali. Dawn il-proġetti huma maħsuba biex iżidu l-benesseri in ġenerali tal-komunitajiet lokali, kif ukoll għal dawk kollha li jżuru ż-żona tal-madwar.
