It-tmexxija tal-akkwist ta' xogħlijiet, oġġetti u servizzi tal-Housing Authority permezz ta' offerti u kwotazzjonijiet. L-ipproċessar isir skont ir-Regolamenti dwar l-Akkwist Pubbliku.

Offerti
Is-sejħiet għall-offerti għal xogħlijiet, oġġetti u servizzi jinħarġu permezz tal- Portal online tal-Gvern.

Kwotazzjonijiet
Il-kwotazzjonijiet għal xogħlijiet, oġġetti u servizzi huma mitluba jew permezz ta’ Sejħa għall-Kwotazzjonijiet permezz tal- Portal online tal-Gvern.

Espressjoni ta' Interess
Permezz ta' Espressjonijiet ta' Interess jew EOI, il-partijiet interessati juru l-interess tagħhom lill-Awtorità abbażi tar-rekwiżiti stabbiliti fid-dokument tal-EOI.
